Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 208 : Votazzjoni fil-Kumitat

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66(3) dwar it-tieni qari, l-emendi jew l-abbozzi ta' proposta għaċ-ċaħda mqiegħda fuq il-Mejda biex jiġu eżaminati mill-kumitat għandhom dejjem jiġu ffirmati minn membru sħiħ jew minn sostitut tal-kumitat ikkonċernat jew koiffirmati minn tal-anqas wieħed minn dawn.

2.   Kumitat jista' jivvota b'mod validu meta kwart mill-membri tiegħu jkunu fil-fatt preżenti. Madankollu, jekk issir talba f'dan ir-rigward minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli fil-kumitat qabel ma tibda l-votazzjoni, il-votazzjoni għandha tkun valida biss jekk il-maġġoranza tal-membri tiegħu jkunu ħadu sehem fiha.

3.   Kwalunkwe votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija fil-kumitat dwar rapport jew opinjoni għandha ssir permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 180(3) u (4). Il-votazzjoni dwar l-emendi u votazzjonijiet oħrajn għandhom isiru b'turija tal-idejn, sakemm il-president jiddeċiedi li jkompli b'votazzjoni elettronika jew għadd ta' Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli fil-kumitat jitolbu li ssir votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 208(3) dwar il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet m'għandhomx japplikaw għar-rapporti stipulati fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(4), (7) u (9), fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru.

4.   Fid-dawl tal-emendi mqiegħda fuq il-Mejda, il-kumitat jista', minflok ma jgħaddi għal votazzjoni, jitlob lir-rapporteur sabiex jippreżenta abbozz ġdid li kemm jista' jkun, jagħti kas tal-emendi. Għandha mbagħad tiġi stabbilita skadenza ġdida biex l-emendi jitqiegħdu fuq il-Mejda.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali