Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 210a : Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament

1.   Meta l-Parlament ikun taħt obbligu ġuridiku li jittratta informazzjoni li jkun irċieva bħala informazzjoni kunfidenzjali, il-president tal-kumitat responsabbli għandu awtomatikament japplika l-proċedura ta' kunfidenzjalità stipulata fil-paragrafu 3.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kwalunkwe obbligu ġuridiku li l-informazzjoni milqugħa tiġi ttrattata bħala informazzjoni kunfidenzjali, kwalunkwe kumitat jista' japplika l-proċedura ta' kunfidenzjalità stipulata fil-paragrafu 3 fuq mozzjoni tiegħu stess għal punt ta' informazzjoni jew dokument indikat minn wieħed mill-membri tiegħu f'talba bil-miktub jew orali. Għandha tkun rikjesta maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti għall-adozzjoni tad-deċizjoni li tiġi applikata l-proċedura ta' kunfidenzjalità f'każ bħal dan.

3.   Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa.

Id-dokumenti għandhom jitqassmu fil-bidu tal-laqgħa u jerġgħu jinġabru fl-aħħar. Huma għandhom ikunu nnumerati. Ma jistgħux jittieħdu noti jew fotokopji.

L-eżami ta' punt trattat skont il-proċedura ta' kunfidenzjalità m'għandhiex tissemma' fil-minuti tal-laqgħa. Id-deċiżjoni rilevanti biss, jekk tittieħed, tista' titniżżel.

4.   Għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.

Dan l-Artikolu japplika jekk il-qafas legali applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jipprevedi l-possibilita’ ta’ konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa in camera barra l-faċilitajiet sikuri.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali