Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4 : GRUPPI POLITIĊI

Artikolu 33 : Attivitajiet u sitwazzjoni legali tal-gruppi politiċi

1.   Il-gruppi politiċi għandhom iwettqu dmirijiethom bħala parti mill-attivitajiet tal-Unjoni, inklużi l-ħidmiet allokati lilhom mir-Regoli ta' Proċedura. Il-gruppi politiċi għandhom ikunu provduti b'segretarjat skont l-organigramma tas-Segretarjat, b'faċilitajiet amministrattivi u bl-approprijazzjonijiet imdaħħla għal dak il-għan fil-baġit tal-Parlament.

2.   Fil-bidu ta' kull leġiżlatura, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel ħilitha biex tilħaq qbil fuq proċeduri bil-għan li d-diversità politika tal-Parlament tkun riflessa fil-kumitati u d-delegazzjonijiet u l-korpi deċiżjonali.

3.   Il-Bureau , wara li jkun ikkunsidra kwalunkwe proposta magħmula mill-Konferenza tal-Presidenti, għandu jħejji r-regoli dwar il-forniment, l-implimentazzjoni u l-issorveljar ta' dawk il-faċilitajiet u approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll dwar id-delegi relatati ta' setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe nuqqas ta' rispett ta’ dawk ir-regoli.

4.   Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-konsegwenzi amministrattivi u finanzjarji f'każ li grupp politiku jiġi xolt.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali