Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4 : GRUPPI POLITIĊI

Artikolu 34 : Intergruppi

1.   Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta' Membri, bl-iskop li jiġu organizzati skambji informali ta' fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, madwar il-gruppi politiċi differenti, bil-parteċipazzjoni ta' membri ta' kumitati parlamentari differenti, u bl-iskop li jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

2.   L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'kwalunkwe attività li tista' tirriżulta f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet.

3.   Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista' jiffaċilita l-attivitajiet ta' tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.

4.   L-intergruppi għandhom jiġu rikjesti jagħmlu dikjarazzjoni annwali dwar kwalunkwe appoġġ, sew fi flus kontanti u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, kieku ġie offrut lill-Membri bħala individwi, kien ikollu jiġi ddikjarat taħt l-Anness I.

Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I.

5.   Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f'attivitajiet ta' gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b'mod konġunt.

6.   Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.

7.   Il-Kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-Artikolu.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali