Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1 : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 40 : Delega tas-setgħat leġiżlattivi u għoti tas-setgħat  ta' implimentazzjoni

1.   Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġiżlattiv li jiddelega setgħat lill-Kummissjoni kif previst mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-objettivi, il-kontenut, l-ambitu u t-tul ta' żmien tad-delega, kif ukoll għall-kundizzjonijiet li għalihom tkun soġġetta.

2.   Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġiżlattiv li jagħti setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-fatt li waqt li teżerċita s-setgħa ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni la tista' temenda u lanqas tissupplimenta l-att leġiżlattiv, l-anqas fir-rigward tal-elementi mhux essenzjali tiegħu.

3.   Il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista', f'kull ħin, jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli li hu responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

4.   Barra minn dan, il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġiżlattivi u l-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni. F' tali każijiet, għandu jgħarraf debitament lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali