Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU IV : TRASPARENZA FIL-ĦIDMA

Artikolu 116a : Aċċess għall-Parlament

1.   Il-kards ta' aċċess għall-Membri, l-assistenti tal-Membri u terzi persuni għandhom jinħarġu abbażi tar-regoli stabbiliti mill-Bureau. Dawk ir-regoli għandhom jirregolaw ukoll l-użu u l-irtirar ta' kards ta' access.

2.   Il-kards ma għandhomx jinħarġu lil individwi f'entourage ta' Membru li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza.

3.   L-entitajiet irreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza u r-rappreżentanti tagħhom li ngħataw kards għal aċċess fit-tul għall-Parlament Ewropew jeħtiġilhom josservaw:

-   il-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reġistranti mehmuż mal-ftehim;

-   il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-ftehim; u

-   id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan l-Artikolu.

Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli ġenerali li jirregolaw l-irtirar jew id-diżattivazzjoni temporanja tal-kards għal aċċess fit-tul, u sakemm ma jkunx hemm argumenti sinifikattivi kontra dan, is-Segretarju Ġenerali għandu, bl-awtorizzazzjoni tal-Kwesturi, jirtira jew jiddiżattiva kard għal aċċess fit-tul fejn id-detentur tagħha jkun tneħħa mir-reġistru ta' trasparenza għal ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reġistranti, jew ikun ħati ta' ksur serju tal-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu, jew ikun irrifjuta, mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti, milli jikkonforma ma' talba formali sabiex jattendi smigħ jew laqgħa tal-kumitat jew li jikkoopera ma' kumitat ta' inkjesta.

4.   Il-Kwesturi jistgħu jiddeterminaw sa fejn il-kodiċi ta' kondotta msemmi fil-paragrafu 3 huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta' aċċess fit-tul, ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim.

5.   Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta' trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istabbiliment tal-imsemmi reġistru.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza