Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 129 : Ħin għall-mistoqsijiet

1.   Jista' jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali għal tul ta' mhux aktar minn 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew aktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.

2.   Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta' Kummissarji li għandhom jiġu mistiedna għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali. Manakollu għandu jkun possibbli li jiġi mistieden it-tielet Kummisarju, skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-ħin għall-mistoqsijiet.

3.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għall-mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

4.   Il-ħin għall-mistoqsijiet ma għandux jiġi speċifikament allokat minn qabel. Il-President għandu jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-Membri li jkollhom fehmiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jingħataw l-opportunità li jagħmlu mistoqsija skont kif imisshom.

5.   Il-Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u l-Kummissarju jingħata żewġ minuti biex iwieġeb. Dak il-Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari ta' mhux aktar minn 30 sekonda u li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-Kummissarju mbagħad għandu jingħata żewġ minuti biex jagħti tweġiba supplimentari.

Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari jridu jkunu direttament relatati mat-tema orizzonatali speċifika magħżula skont il-paragrafu 1. Il-President jista' jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali