Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 164 : Stqarrijiet personali

1.   Membru li jitlob li jagħmel stqarrija personali għandu jinstema' fit-tmiem tad-diskussjoni fuq il-punt tal-aġenda li jkun qed jiġi eżaminat jew meta l-minuti tas-seduta li għaliha tirreferi t-talba għal permess biex jitkellem jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni.

Il-Membru kkonċernat ma jistax jitkellem dwar affarijiet sostanzjali imma għandu jillimita l- osservazzjonijiet tiegħu sabiex jirribatti kummenti li jkunu saru dwar il-persuna tiegħu matul id- dibattitu jew opinjonijiet li jkunu ġew attribwiti lilu, jew sabiex jikkoreġi osservazzjonijiet li hu stess ikun għamel.

2.   Ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor, ebda stqarrija personali m'għandha ddum aktar minn tliet minuti.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali