Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 7 : REKORD PUBBLIKU TAL-PROĊEDURI

Artikolu 194 : Rapporti Verbatim (1)

1.   Għandu jsir rapport verbatim tad-diskussjonijiet ta' kull seduta bħala dokument multilingwi li fih jidhru l-kontribuzzjonijiet orali kollha bil-lingwa oriġinali uffiċjali.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat dixxiplinarji l-oħra tiegħu, il-President jista' jordna li d-diskorsi ta' Membri li ma jkunx tahom il-kelma jew li jkomplu jitkellmu aktar mill-ħin mogħti lilhom jitħassru mir-rapporti verbatim tad-dibattiti.

3.   Il-kelliema jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tal-kontribuzzjonijiet orali tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Il-korrezzjonjiet għandhom jintbagħtu sal-iskadenza lis-Segretarjat.

4.   Ir-rapport verbatim multilingwi għandu jkun ippubblikat bħala anness ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jinżamm fl-arkivji tal-Parlament.

5.   Għandha ssir traduzzjoni bi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' silta mir-rapport verbatim fuq talba minn Membru. Jekk ikun meħtieġ, it-traduzzjoni għandha tingħata fi żmien qasir.

(1) L-Artikolu 194 (2), (3) u (5) japplika mutatis mutandis għal kumitati fejn jitfassal rapport verbatim (ara l-Artikolu 206(5)).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza