Fi tmiem l-aħħar sessjoni parzjali qabel l-elezzjonijiet, ix-xogħol kollu mhux mitmum tal-Parlament għandu jitqies li waqa', suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu.
Fil-bidu ta' kull leġiżlatura, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni dwar talbiet motivati li jsiru minn kumitati parlamentari u istituzzjonijiet oħra sabiex jerġa' jibda jew jitkompla l-eżami ta' tali ħidma mhux mitmuma.
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.