Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 5 : AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Artikolu 79 : Reviżjoni Ordinarja tat-Trattati

1.   Skont l-Artikoli 45 u 52 il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta lill-Parlament rapport li jkun fih proposti, indirizzati lill-Kunsill għall-emendar tat-Trattati.

2.   Meta l-Parlament jiġi kkonsultat, skont l-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew favur l-eżami ta' emendi għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli. Il-kumitat għandu jagħmel rapport li jkun fih:

-   mozzjoni għal riżoluzzjoni li tiddikjara jekk il-Parlament japprovax jew jiċħadx id-deċiżjoni proposta u li jista' jkollha proposti għall-attenzjoni tal-Konvenzjoni jew tal-konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri;

-   jekk ikun xieraq, nota spjegattiva.

3.   Jekk il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jsejjaħ Konvenzjoni, il-Parlament għandu, fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti jaħtar ir-rappreżentanti tal-Parlament f’dik il-Konvenzjoni.

Id-delegazzjoni tal-Parlament għandha teleġġi l-mexxej u l-kandidati tagħha għas-sħubija fi kwalunkwe grupp ta' tmexxija jew bureau mwaqqaf mill-Konvenzjoni.

4.   Fejn il-Kunsill Ewropew jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament għal deċiżjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għall-eżami ta' emendi proposti għat-Trattati, din it-talba għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 99.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza