Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 7 : PROĊEDURI INTERNI TAL-BAĠIT

Artikolu 96 : Estimi tal-Parlament

1.   Il-Bureau għandu jħejji abbozz preliminari tal-estimi abbażi ta' rapport ippreparat mis-Segretarju Ġenerali.

2.   Il-President għandu jgħaddi l-abbozz preliminari ta' estimi lill-kumitat responsabbli li għandu jħejji l-abbozz tal-estimi u jgħaddih lill-Parlament.

3.   Il-President għandu jiffissa limitu ta’żmien biex l-emendi jitqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-abbozz tal-estimi.

Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn l-emendi.

4.   Il-Parlament għandu jadotta l-estimi.

5.   Il-President għandu jgħaddi l-estimi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għal estimi għal baġits ta' emenda.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali