Artikolu 145 : Leġiżlatura, sessjonijiet, sessjonijiet parzjali, seduti
1. Il-leġiżlatura għandha tkun l-istess bħat-tul tal-mandat tal-Membri, kif stipulat fl-Att tal-20 ta' Settembru 1976.
2. Is-sessjoni għandha tkun il-perjodu annwali kif stipulat fl-Att u fit-Trattati.
3. Is-sessjoni parzjali għandha tkun il-laqgħa tal-Parlament imsejħa bħala regola kull xahar u maqsuma f'seduti ta' kuljum.
Seduti tal-Parlament fl-istess ġurnata għandhom jitqiesu bħala seduta waħda.