Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 159 : Arranġament tranżitorju

1.   Matul perjodu tranżitorju li jibqa' jgħodd sa tmiem it-tmien leġiżlatura parlamentari (1), derogi mill-Artikolu 158 għandhom jiġu permessijekk u sal-punt li ma jkunux disponibbli interpreti jew tradutturi f'numru biżżejjed minkejja miżuri xierqa, f'xi lingwa uffiċjali.

2.   Il-Bureau għandu jiddetermina, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 3, fir-rigward ta’ kull lingwa uffiċjali kkonċernata, jekk l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 humiex sodisfatti. Il-Bureau għandu, abbażi ta' rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress li jkun sar, jeżamina d-deċiżjoni tiegħu li jippermetti deroga kull sitt xhur. Il-Bureau jadotta r-regoli ta’ implementazzjoni meħtieġa.

3.   Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji speċjali adottati mill-Kunsill rigward t-tfassil ta’ atti legali.

4.   Il-Parlament jista' jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin,  abbażi ta’ rakkomandazzjoni motivati mill-Bureau, li jħassar dan l-artikolu  kmieni, jew meta jiskadi l-perjodu stipulat fil-paragrafu 1, li jestendih.

(1) Estiż b'deċiżjoni tal-Parlament tas-26 ta' Frar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza