Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 163 : Diskorsi ta' minuta

Għal perjodu ta' mhux iżjed minn tletin minuta waqt l-ewwel seduta ta' kull sessjoni parzjali, l-President għandu jistieden Membri li jixtiequ jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament dwar kwistjoni ta' importanza politika biex jitkellmu. Il-ħin tad-diskors għal kull Membru m'għandux jisboq il-minuta. Il-President jista' jaċċetta li jkun hemm perjodu ieħor bħal dan aktar tard matul l-istess sessjoni parzjali.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali