Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 176 : Votazzjonijiet maqsuma (1)

1.   Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv distint, tista' tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx.

2.   L-aktar tard, it-talba għandha ssir filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti. Il-President għandu jiddeċiedi fuq it-talba.

(1) L-Artikolu 176(1) japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 209).
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza