Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 2 : DELEGAZZJONIJIET INTERPARLAMENTARI

Artikolu 212 : Twaqqif u dmirijiet ta' delegazzjonijiet interparlamentari (1)

1.   Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf delegazzjonijiet interparlamentari permanenti u, filwaqt li jqis id-dmirijiet tagħhom, jiddeċiedi dwar in-natura tagħhom u dwar in-numru ta' membri li jiffurmawhom. Il-membri għandhom ikunu eletti matul flewwel jew fit-tieni sessjoni parzjali wara li l-Parlament jerġa' jiġi elett u l-elezzjoni tagħhom tkun tgħodd għal-leġiżlatura sħiħa.

2.   Membri tad-delegazzjonijiet għandhom ikunu eletti wara li jiġu ppreżentati nominazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti mill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta lill-Parlament proposti maħsuba sabiex jiżguraw li jkun hemm, sa fejn ikun possibbli, rappreżentazzjoni ġusta tal-Istati Membri u ta' fehmiet politiċi. L-Artikolu 199(2), (3), (5) u (6) għandu japplika.

3.   Il-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura stabbilita għall-kumitati permanenti skont l-Artikolu 204.

4.   Il-Parlament għandu jistabbilixxi s-setgħat ġenerali tad-delegazzjonijiet individwali. Huwa jista' f'kull ħin jiddeċiedi li jżid jew inaqqas dawn is-setgħat.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jistgħu iwettqu xogħolhom għandhom ikunu adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet.

6.   Il-president ta' delegazzjoni għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tad-delegazzjoni lill-kumitat responsabbli għall-affarijiet barranin u s-sigurtà.

7.   Il-president ta' delegazzjoni għandu l-possibilita’ li jinstema' minn kumitat meta fl-aġenda jkun hemm punt li jikkonċerna l-qasam ta' responsabbiltà tad-delegazzjoni. Dan għandu japplika ukoll għall-president jew għar-rapporteur ta' dak il-kumitat f'laqgħat tad-delegazzjoni.

(1) Il-verżjoni tal-Artikolu 212 li se tapplika mill-ftuħ tas-sessjoni parzjali ta' Lulju 2019 hija riprodotta fl-Appendiċi għal din l-edizzjoni tar-Regoli ta' Proċedura.
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali