Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS II : IL-KODIĊI TA' MĠIBA XIERQA GĦALL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW FIL-KUNTEST TAL-MANDAT TAGĦHOM

1.   Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew jaġixxu ma' kull min jaħdem fil-Parlament Ewropew b'dinjità, b'kortesija u b'rispett u mingħajr preġudizzju jew diskriminazzjoni.

2.   Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri jaġixxu b'mod professjonali u jeħtiġilhom joqgħodu lura, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-persunal, b'mod partikolari, minn lingwaġġ degradanti, insolenti, offensiv jew diskriminatorju jew kwalunkwe azzjoni oħra li tmur kontra l-etika, tkun ta' umiljazzjoni jew illegali.

3.   Il-Membri ma jistgħux, permezz tal-azzjonijiet tagħhom, iħajjru jew iħeġġu lill-persunal jikser, jevita jew jinjora l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, ir-regoli interni tal-Parlament jew dan il-Kodiċi, jew jittolleraw tali mġiba mill-persunal taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

4.   Bil-għan li jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew jiffunzjona b'mod effikaċi, il-Membri jfittxu li jiżguraw, b'diskrezzjoni xierqa, reazzjoni immedjata, ġusta u effettiva għal kwalunkwe nuqqas ta' ftehim jew kunflitt li jinvolvi lill-persunal taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

5.   Fejn meħtieġ, il-Membri jikkooperaw minnufih u bis-sħiħ mal-proċeduri stabbiliti sabiex jiġġestixxu s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt jew ta' fastidju (psikoloġiku jew sesswali), inkluż billi jirrispondu malajr għal kwalunkwe allegazzjoni ta' fastidju. Il-Membri għandhom jieħdu sehem f'taħriġ speċjalizzat organizzat għalihom dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-fastidju fil-post tax-xogħol u dwar ġestjoni tajba tal-uffiċċju.

6.   Il-Membri jiffirmaw dikjarazzjoni li tikkonferma l-impenn tagħhom li jkunu konformi ma' dan il-Kodiċi. Id-dikjarazzjonijiet kollha, kemm jekk iffirmati kif ukoll jekk mhumiex, jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

7.   Membri li ma ffirmawx id-dikjarazzjoni rigward dan il-Kodiċi jistgħu ma jiġux eletti għal kariga fil-Parlament jew għal kariga f'wieħed mill-korpi tiegħu, ma jistgħux jinħatru bħala rapporteur jew jipparteċipaw f'delegazzjoni uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali