Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XVIII.   Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Kumitat responsabbli:

1.   għall-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta' intergrazzjoni Ewropea, b'mod partikolari il-preparazzjoni, l-inizjazzjoni u l-proċedimenti tal-proċeduri ordinarji u ssemplifikati għar-reviżjoni tat-Trattati;

2.   għall-implimentazzjoni tat-Trattati u għall-valutazzjoni tal-operat tiegħu;

3.   għall-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati tat-tkabbir tal-Unjoni jew ta’ ħruġ mill-Unjoni;

4.   għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, inkluż l-eżami tal-ftehimiet interistituzzjonali skont l-Artikolu 148(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba li jridu jiġu approvati mill-Parlament;

5.   għall-proċedura elettorali uniformi;

6.   għall-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bureau;

7.   għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' ksur gravi u persistenti, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri;

8.   għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u l-proposti għal emendi għar-Regoli.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza