Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XV.   Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Kumitat responsabbli:

1.   għall-aspetti kulturali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari:

(a)   it-titjib fl-għerf u fid-disseminazzjoni tal-kultura,
(b)   il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika,
(c)   il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali, l-iskambji kulturali u l-kreazzjoni artistika;

2.   għall-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, inkluż il-qasam ta'edukazzjoni ogħla fl-Ewropa, il-promozzjoni tas-sistema ta' skejjel Ewropej u t-tagħlim tul il-ħajja;

3.   għall-politika awdjoviżiva u l-aspetti kulturali u edukattivi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

4.   għall-politika dwar iż-żgħażagħ;

5.   għall-iżvilupp ta' politika tal-isport u l-ħin liberu;

6.   għall-politika tal-informazzjoni u tal-media;

7.   għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni u għar-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet u l-entitajiet internazzjonali kkonċernati.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza