Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
VI.   Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Kumitat responsabbli:

1.   għall-politika ekonomika u monetarja tal-Unjoni, għall-operat tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u għas-sistema monetarja u finanzjarja Ewropea (inklużi r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet rilevanti);

2.   għall-moviment ħieles tal-kapital u tal-pagamenti (pagamenti trans-fruntiera, żona ta' pagament uniku, bilanċ ta' pagamenti, moviment ta' kapital u politika ta' self u tislif, kontroll tal-moviment ta' kapital li jkun ġej minn pajjiżi terzi, miżuri li jkollhom l-iskop li jinkoraġġixxu l-esportazzjoni tal-kapital tal-Unjoni);

3.   għas-sistema internazzjonali monetarja u finanzjarja (inklużi r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet finanzjarji u monetarji);

4.   għar-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna Statali jew pubblika;

5.   għad-dispożizzjonijiet fiskali;

6.   għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' servizzi, istituzzjonijiet u swieq finanzjarji, inkluż ir-rappurtaġġ finanzjarju, il-verifika, ir-regoli dwar il-kontabilità, it-tmexxija ta' kumpaniji u kwistjonijiet oħra marbuta mal-liġi dwar il-kumpaniji u li jikkonċernaw speċifikament is-servizzi finanzjarji;

7.   għall-attivitajiet rilevanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment bħala parti mill-governanza ekonomika Ewropea fiż-żona tal-euro.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali