Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
VIII.   Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Kumitat responsabbli:

1.   għall-politika ambjentali u għall-miżuri ta' protezzjoni tal-ambjent, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw:

(a)   it-tibdil fil-klima,
(b)   it-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma, l-immaniġġjar u r-riċiklaġġ tal-iskart, is-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi, il-livelli tal-istorbju u l-protezzjoni tal-bijodiversità,
(c)   l-iżvilupp sostenibbli,
(d)   il-miżuri u l-ftehimiet internazzjonali u reġjunali għall-protezzjoni tal-ambjent,
(e)   it-tiswija ta' ħsara ambjentali,
(f)   il-protezzjoni ċivili,
(g)   l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
(h)   l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi;

2.   għas-saħħa pubblika, b'mod partikulari:

(a)   il-programmi u l-miżuri speċifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika,
(b)   il-prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi,
(c)   l-aspetti tas-saħħa tat-terroriżmu bijoloġiku,
(d)   l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard;

3.   għall-kwistjonijiet ta' sikurezza tal-ikel, b'mod partikulari:

(a)   it-tikkettar u s-sikurezza tal-prodotti tal-ikel,
(b)   il-leġislazzjoni veterinarja dwar il-protezzjoni mir-riskji għas-saħħa tal-bniedem; il-kontrolli ta' saħħa pubblika fuq il-prodotti tal-ikel u fuq is-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel,
(c)   l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u l-Uffiċju Ewropew għall-Ikel u s-Servizzi Veterinarji.
(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali