Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XIX.   Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Kumitat responsabbli:

1.   għad-definizzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa fl-Unjoni u għall-miżuri tal-Unjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' dan;

2.   għall-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa f'pajjiżi terzi;

3.   għall-politika ta' opportunitajiet indaqs, inkluża l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;

4.   għat-tneħħija ta' kull tip ta' vjolenza u diskriminazzjoni sesswali;

5.   għall-implimentazzjoni u aktar żvilupp fil-qasam tal-gender mainstreaming fis-setturi kollha;

6.   għas-segwitu u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tan-nisa;

7.   għall-inkoraġġiment ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali