Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XVII.   Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Kumitat responsabbli:

1.   għall-protezzjoni fit-territorju tal-Unjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluża l-protezzjoni tal-minoranzi, kif stipulat fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

2.   għall-miżuri meħtieġa fil-ġlieda kontra kull tip ta' diskriminazzjoni, ħlief id-diskrimazzjoni sesswali jew id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;

3.   għal-leġislazzjoni fl-oqsma tat-trasparenza u tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-iproċessar ta' informazzjoni personali;

4.   għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' żona ta' liberta`, sigurtà u ġustizzja, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, b'mod partikulari:

(a)   miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul u l-moviment tal-persuni, mal-asil u l-migrazzjoni,
(b)   miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri komuni,
(c)   miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni tal-pulizija u mal-kooperazzjoni ġudizjarja fil-qasam kriminali, inkluż it-terroriżmu, u miżuri sostantivi u proċedurali relatati mal-iżvilupp ta' approċċ aktar koerenti tal-Unjoni lejn il-liġi kriminali;

5.   għaċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Europol, l-Eurojust, is-Cepol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u entitajiet u aġenziji oħra li joperaw fl-istess qasam;

6.   għad-determinazzjoni ta' riskju evidenti ta' ksur gravi, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza