Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XIV.   Kumitat għas-Sajd

Kumitat responsabbli:

1.   għall-operat u l-iżvilupp tal-politika komuni tas-sajd u għall-amministrazzjoni tagħha;

2.   għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, il-ġestjoni tas-sajd u ta' flotot li jisfruttaw tali riżorsi u r-riċerka dwar studji tal-baħar u studji applikati dwar is-sajd;

3.   għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu;

4.   għall-politika strutturali fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, inklużi l-istrumenti finanzjarji u l-fondi għall-għajnuna fis-sajd biex jiġu appoġġjati dawn is-setturi;

5.   għall-politika marittima integrata fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd;

6.   għal ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd u l-implimentazzjoni ta' obbligi internazzjonali fil-qasam tas-sajd.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali