Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XII.   Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Kumitat responsabbli:

1.   għall-operat u l-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali, kif stabbilit fit-Trattati;

2.   għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-istrumenti l-oħra tal-politika reġjonali tal-Unjoni

3.   għall-valutazzjoni tal-effett ta' linji politiċi oħrajn tal-Unjoni fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali,

4.   għall-koordinazzjoni tal-istrumenti strutturali tal-Unjoni,

5.   għad-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni,

6.   għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer, kif ukoll il-kooperazzjoni trans-fruntiera u bejn ir-reġjuni,

7.   għar-relazzjonijiet mal-Kumitat għar-Reġjuni, l-organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali