Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XI.   Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Kumitat responsabbli:

1.   għall-kswistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp ta' politika komuni għat-trasport ferrovjarju, fuq it-toroq, f'mogħdijiet tal-ilma interni, bil-baħar u bl-ajru, b'mod partikulari:

(a)   għar-regoli komuni applikabbli għat-trasport fl-Unjoni Ewropea,
(b)   għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport,
(c)   għall-għoti ta' servizzi ta' trasport u għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tat-trasport,
(d)   għas-sigurtà tat-trasport,
(e)   għar-relazzjonijiet ma' entitajiet u organizzazzjonijiet internazzjonali tat-trasport;
(f)   għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Impriża Konġunta SESAR;

2.   għas-servizzi postali;

3.   għat-turiżmu.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali