Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2 : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT

Artikolu 15 : Nomini u dispożizzjonijiet ġenerali (1)

1.   Il-President għandu jkun elett b'votazzjoni sigrieta, segwit mill-Viċi Presidenti u l-Kwesturi, skont l-Artikolu 191.

In-nomini għandhom ikunu bil-kunsens tal-innominat, u jistgħu jsiru biss minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx. Nomini ġodda jistgħu jiġu ppreżentati qabel kull votazzjoni.

Jekk in-numru ta' nomini ma jaqbiżx in-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew, il-kandidati għandhom jiġu eletti b' akklamazzjoni, sakemm ma jkunx hemm talba għal votazzjoni sigrieta minn għadd ta' Membri jew minn grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli.

Fil-każ ta' votazzjoni waħda għal aktar minn detentur ta' uffiċjal wieħed, il-karta tal-vot għandha tkun valida biss jekk aktar minn nofs il-voti disponibbli jkunu ntefgħu.

2.   Meta jkunu qegħdin jiġu eletti il-President, il-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi, għandha titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati b'mod ġenerali rappreżentanza ġusta tal-fehmiet politiċi, kif ukoll bilanċ tal-ġeneru u bilanċ ġeografiku.

(1) L-Artikolu 15 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 204(3)).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali