Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3 : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 30 : Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

1.   Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tkun magħmula mill-presidenti tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

2.   Fl-assenza tal-president, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru preżenti li jkun l-akbar fl-età.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tad-delegazzjonijiet.

4.   Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet sabiex twettaq kompiti speċifiċi.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali