Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3 : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 32 : Responsabbiltà tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti

1.   Il-minuti tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti għandhom ikunu tradotti fil-lingwi uffiċjali u mqassma lill-Membri kollha tal-Parlament. Huma għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, ħlief jekk il-Bureau jew il-Konferenza tal-Presidenti, f'każi eċċezzjonali u għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, suġġett għall-Artikolu 4(1) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001, jiddeċiedu mod ieħor dwar ċerti punti tal-minuti.

2.   Kwalunkwe Membru tal-Parlament jista' jagħmel mistoqsijiet dwar il-prestazzjoni tal-Bureau, tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Kwesturi fil-qadi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President bil-miktub, innotifikati lill-Membri u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament, flimkien mat-tweġibiet mogħtija, fi żmien tletin jum minn meta jitqiegħdu fuq il-Mejda.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali