Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1 : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 46 : Id-dritt tal-Parlament li jressaq proposti

F'każijiet fejn it-Trattati jagħtu dritt ta' inizjattiva lill-Parlament, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja f'konformità mal-Artikolu 54.

Ir-rapport għandu jinkludi:

(a)   mozzjoni għal riżoluzzjoni;

(b)   abbozz ta' proposta;

(c)   nota spjegattiva li tinkludi, fejn ikun xieraq, dikjarazzjoni finanzjarja.

Fejn l-adozzjoni ta' att mill-Parlament tirrikjedi l-approvazzjoni jew il-kunsens tal-Kunsill u l-opinjoni jew il-kunsens tal-Kummissjoni, il-Parlament jista', wara l-votazzjoni għall-att propost, u fuq proposta tar-rapporteur, jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sakemm il-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali