Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 2 : PROĊEDURI FIL-KUMITAT

Artikolu 52 : Proċedura simplifikata

1.   Wara l-ewwel diskussjoni dwar proposta għal att legalment vinkolanti, il-president tal-kumitat jista' jipproponi li din tkun approvata mingħajr emendi. Ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju tal-kumitat, il-proċedura proposta għandha titqies bħala approvata. Il-president tal-kumitat, jew ir-rapporteur, jekk dan ikun inħatar, għandu jippreżenta lill-Parlament rapport li japprova l-proposta. It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 159(1), u r-Regola 159 (2) u (4) għandhom japplika.

2.   B’mod alternattiv, il-president tal-kumitat jista' jipproponi li huwa jew ir-rapporteur jagħmlu abbozz ta' sett ta' emendi li jirriflettu d-diskussjoni tal-kumitat. Ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju tal-kumitat, il-proċedura proposta għandha titqies bħala approvata u l-emendi għandhom jintbagħtu lill-membri tal-kumitat.

Ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-emendi minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju tal-kumitat fil-limitu ta' żmien mogħti, li m'għandux ikun ta' anqas minn għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta' meta jintbagħat, ir-rapport għandu jitqies li kien adottat mill-kumitat. F'dan il-każ l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva u l-emendi għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament mingħajr dibattitu skont it-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 159(1), u r-Regola 159 (2) u (4).

Jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-emendi minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju tal-kumitat, l-emendi għandu jittieħed vot fuqhom fil-laqgħa tal-kumitat li jkun imiss.

3.   Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-preżentazzjoni lill-Parlament, dan l-Artikolu għandu japplika, mutatis mutandis, fir-rigward ta' opinjonijiet tal-kumitati skont it-tifsira tal-Artikolu 56.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali