Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 2 : PROĊEDURI FIL-KUMITAT

Artikolu 53 : Rapporti mhux leġiżlattivi

1.   Meta kumitat iħejji rapport mhux leġiżlattiv, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti.

2.   Ir-rapport tal-kumitat għandu jinkludi:

(a)   mozzjoni għal riżoluzzjoni;

(b)   nota spjegattiva li tinkludi, fejn meħtieġ, dikjarazzjoni finanzjarja li tistabilixxi l-kobor tal-impatt finanzjarju li jista' jkollu r-rapport, u l-kompatibbiltà tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali;

(c)   it-testi ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li għandhom ikunu inklużi skont l-Artikolu 143(7).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali