Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 4 - KONĊILJAZZJONI U T-TIELET QARI

Artikolu 78 : Test konġunt

1.   Meta jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titqiegħed fl-aġenda ta' seduta tal-Parlament li għandha ssir fi żmien sitt ġimgħat jew, jekk ikun hemm estensjoni, fi żmien tmien ġimgħat mid-data tal-approvazzjoni tat-test konġunt mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

2.   Il-president jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jagħmel stqarrija dwar it-test konġunt, u din għandu jkollha anness magħha rapport.

3.   L-ebda emenda għat-test konġunt ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda.

4.   Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. It-test konġunt għandu jkun approvat jekk iġib il-maġġoranza tal-voti mitfugħa.

5.   Meta ma jintlaħaq ebda ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-president jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jagħmlu stqarrija. Dik l-istqarrija għandha tiġi segwita b'dibattitu.

6.   Waqt il-proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiġi wara t-tieni qari, ma jistax ikun hemm riferiment lura lill-kumitat.

7.   L-Artikoli 51, 52 u 56 m'għandhomx japplikaw waqt it-tielet qari.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali