Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 5 : AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Artikolu 89 : Ksur ta' prinċipji u valuri fundamentali minn Stat Membru

1.   Il-Parlament jista', abbażi ta' rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 46 u 54:

(a)   jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b)   jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skont l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(c)   jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skont l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skont l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2.   Kwalunkwe talba mill-Kunsill għal approvazzjoni ta' proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 105. Ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.

3.   Skont l-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-adozzjoni mill-Parlament ta’ deċiżjonijiet dwar proposti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jirrikjedu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri tiegħu.

4.   Il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta' Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu u dwar kif dawk il-miżuri jiġu mibdula jew revokati.

5.   Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament jinżamm infurmat b'mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-approvazzjoni tiegħu mogħtija skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jispjega l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli, imħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza