Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 9 : PROĊEDURI OĦRA

Artikolu 109 : Kodifikazzjoni

1.   Meta proposta għall-kodifikazzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi riferuta lill-Parlament, din għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Dak il-kumitat għandu jeżamina l-proposta skont l-arranġamenti milħuqa f’livell interistituzzjonali (1) sabiex jaċċerta ruħu li din tkun sempliċiment kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostanzjali.

2.   Il-kumitat li kien responsabbli għall-atti li kellhom jiġu kkodifikati jista', fuq talba tiegħu stess jew tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hi mixtieqa l-kodifikazzjoni.

3.   L-emendi għat-test tal-proposta m'għandhomx ikunu ammissibbli.

Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jista' jippreżenta, emendi relatati mal-adattamenti tekniċi, għall-approvazzjoni ta' dak il-kumitat, sakemm dawk l-adattamenti ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta u jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni.

4.   Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali huwa tal-fehma li l-proposta tinkludi tibdil sostanzjali, huwa għandu jipproponi li l-Parlament jiċħad il-proposta.

Fi kwalunkwe wieħed minn ż-żewġ każi, il-Parlament għandu jaddotta deċiżjoni permezz ta' votazzjoni waħdanija, mingħajr emendi jew dibattitu.

(1) Ftehim interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994, Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, punt 4 (ĠU C 102, 4.4.1996, p.2).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali