Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU III  : RELAZZJONIJIET BARRANIN
KAPITOLU 1 : FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 115 : L-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali jew it-teħid ta' pożizzjoni tal-Unjoni f'korp imwaqqaf bi ftehim internazzjonali.

Meta l-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni jinfurmaw lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tagħhom li jipproponi l-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehim internazzjonali, il-Parlament jista' jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jagħmlu dikjarazzjoni, u li wara din għandu jkun hemm dibattitu. Il-Parlament jista' jħejji rakkomandazzjonijiet abbażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli jew skont l-Artikolu 118, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, talba lill-Kunsill biex ma japplikax ftehim b'mod proviżorju sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.

L-istess proċedura għandha tapplika wkoll meta l-Kummissjoni jew il-Viċi President/Rappreżentant Għoli tipproponi pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni f'korp stabbilit minn ftehim internazzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali