Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU III  : RELAZZJONIJIET BARRANIN
KAPITOLU 2 : RAPPREŻENTANZA BARRANIJA TAL-UNJONI U POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

Artikolu 117 : Rappreżentanza Internazzjonali

1.   Qabel ma’ tinħatar, il-persuna nominata għall-pożizzjoni ta’ Kap ta' delegazzjoni barranija tal-Unjoni tista' tiġi mistiedna sabiex tidher quddiem il-kumitat responsabbli sabiex tagħmel stqarrija u twieġeb mistoqsijiet.

2.   Fi żmien xahrejn mis-smigħ imsemmi fil-paragrafu 1, il-kumitat responsabbli jista' jadotta riżoluzzjoni jew jagħmel rakkomandazzjoni, skont il-każ, li jkollhom x'jaqsmu direttament mal-ħatra.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali