Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 1 : ĦATRIET

Artikolu 126 : Programmazzjoni pluriennali

Mal-ħatra ta' Kummissjoni ġdida, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, skont il-paragrafu 5 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, għandhom jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jilħqu qbil dwar konklużjonijiet konġunti dwar l-ipprogrammar pluriennali.

Għal dak l-għan, u qabel ma jinnegozja mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar konklużjonijiet konġunti rigward l-ipprogrammar pluriennali, il-President għandu jagħmel skambju ta' fehmiet mal-Konferenza tal-Presidenti dwar l-objettivi prinċipali tal-politiki u l-prijoritajiet għal-leġiżlatura l-ġdida. Dan l-iskambju ta' fehmiet iqis, inter alia, il-prijoritajiet ippreżentati mill-President elett tal-Kummissjoni, kif ukoll it-tweġibiet mogħtija mill-Kummissarji nnominati waqt is-seduti ta' smigħ previsti fl-Artikolu 125.

Qabel ma jiffirma l-konklużjonijiet konġunti, il-President għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali