Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 1 : ĦATRIET

Artikolu 127 : Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni

1.   Mozzjoni ta' ċensura fir-riward tal-Kummissjoni tista' tiġi ppreżentata lill-President minn wieħed minn kull għaxar Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Jekk ikun ittieħed vot fuq mozzjoni ta' ċensura fl-aħħar xahrejn, kwalunkwe mozzjoni ta' ċensura ġdida li titqiegħed fuq il-Mejda minn anqas minn wieħed minn kull ħames Membri li jagħmlu parti mill-Parlament, għandha tkun inammissibli.

2.   Il-mozzjoni għandha tissejjaħ "mozzjoni ta' ċensura" u għandha tiddikjara r-raġunijiet. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

3.   Il-President għandu jħabbar lill-Membri li tqiegħdet fuq il-Mejda mozzjoni ta' ċensura immedjatament wara li jkun irċeviha.

4.   Id-dibattitu dwar iċ-ċensura m'għandux isir biss wara li jgħaddu mill-anqas 24 siegħa minn meta tkun tħabbret lill-Membri l-wasla tal-mozzjoni ta' ċensura.

5.   Il-votazzjoni dwar il-mozzjoni ta' ċensura għandha ssir b'sejħa tal-ismijiet u għandha ssir wara li jgħaddu mhux anqas minn 48 siegħa mill-bidu tad-dibattitu.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, id-dibattitu u l-votazzjoni għandhom isiru, l-aktar tard, waqt is-seduta parzjali ta' wara li tkun ġiet ippreżentata l-mozzjoni.

7.   F'konformità mal-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-mozzjoni ta' ċensura għandha tgħaddi jekk ikollha maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Ir-riżultat għandu jiġi notifikat lill-President tal-Kunsill u lill-President tal-Kummissjoni.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali