Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 1 : ĦATRIET

Artikolu 130 : Ħatra tal-Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Il-kandidat nominat bħala President, Viċi President jew Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi mistieden biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula lilu mill-membri tiegħu.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar jekk in-nomina għandhiex tiġi approvata.

3.   Il-vot għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet ippreżentata n-nomina ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament għandu jivvota b'mod sigriet separatament għal kull nomina.

4.   Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament dwar nomina tkun negattiva, il-President għandu jitlob l-irtirar tan-nomina u l-preżentazzjoni ta' nomina ġdida lill-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali