Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 140 : Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Kwalunkwe Membru jista' jagħmel sa mhux aktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (1). L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

2.   Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-president tal-kumitat responsabbli. Meta jirċievi tali mistoqsijiet, il-president tal-kumitat responsabbli għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-president tal-kumitat responsabbli. Id-deċiżjoni tal-president għandha tkun innotifikata lill-interpellant.

3.   Tali mistoqsijiet u t-tweġibiet għalihom, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

4.   Jekk mistoqsija għal tweġiba bil-miktub ma tkunx ingħatat tweġiba fi żmien sitt ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) Ara l-Anness III.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali