Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 6 : KONSULTAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA

Artikolu 146 : Konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.

2.   Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.

Il-kumitat għandu jindika, fit-talba tiegħu, l-iskadenza sa meta l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.

Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha titħabbar lill-Parlament fis-sessjoni parzjali tiegħu li jkun imiss u għandha titqies approvata, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li għandu jittieħed vot fuqha.

3.   L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza