Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 1 : SESSJONIJIET TAL-PARLAMENT

Artikolu 153 : Leġiżlatura, sessjonijiet, sessjonijiet parzjali, seduti

1.   Il-leġiżlatura għandha tkun l-istess bħat-tul tal-mandat tal-Membri, kif stipulat fl-Att tal-20 ta' Settembru 1976.

2.   Is-sessjoni għandha tkun il-perjodu annwali kif stipulat fl-Att u fit-Trattati.

3.   Is-sessjoni parzjali għandha tkun il-laqgħa tal-Parlament imsejħa bħala regola kull xahar u maqsuma f'seduti ta' kuljum.

Seduti tal-Parlament fl-istess ġurnata għandhom jitqiesu bħala seduta waħda.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza