Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 1 : SESSJONIJIET TAL-PARLAMENT

Artikolu 154 : Tlaqqigħ tal-Parlament

1.   F'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 229 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jiltaqa', mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ, fit-tieni Tlieta ta' Marzu ta' kull sena. Għandu jiddetermina hu nnifsu t-tul tal-aġġornamenti tas-sessjoni.

2.   Barra minn dan, il-Parlament għandu jiltaqa', mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ, fl-ewwel jum tat-Tlieta li jaħbat wara li jgħaddi xahar mit-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal dan, tista' tibdel it-tul tal-aġġornamenti deċiżi skont il-paragrafu 1 mill-anqas ġimagħtejn qabel id-data li qabel kienet stabbilita mill-Parlament sabiex tkompli s-sessjoni. It-tkomplija tas-sessjoni, madankollu, m' għandhiex tkun posposta għal aktar minn ġimagħtejn.

4.   Fuq talba ta' maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti minnu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, il-President għandu wara li jikkonsulta mal-Konferenza tal-Presidenti, jlaqqa' l-Parlament fuq bażi eċċezzjonali.

F'każijiet ta' urġenza, il-President għandu jkollu d-dritt, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, li jlaqqa' l-Parlament fuq bażi eċċezzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali