Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 1 : SESSJONIJIET TAL-PARLAMENT

Artikolu 155 : Post fejn isiru s-seduti u l-laqgħat

1.   Il-Parlament għandu jżomm is-seduti tiegħu u l-laqgħat tal-kumitati tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

Proposti għal sezzjonijiet parzjali addizzjonali fi Brussel u kwalunkwe emenda għalihom jeħtieġu biss maġġoranza tal-voti mitfugħa.

2.   Kwalunkwe kumitat jista' jiddeċiedi li jitlob li waħda jew iżjed mil-laqgħat jinżammu xi mkien ieħor. Tali talba li għandha tiġi motivata, għandha ssir lill-President, li għandu jressaqha quddiem il-Bureau.

Jekk il-kwistjoni tkun urġenti, il-President jista' jieħu d-deċiżjoni hu stess. Jekk it-talba tkun miċħuda mill-Bureau jew mill-President, għandhom jingħataw ir-raġunijiet għala kienet miċħuda.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali