Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 2 : ORDNI TAL-ĦIDMA TAL-PARLAMENT

Artikolu 162 : Dibattitu topiku mitlub minn grupp politiku

1.   F'kull seduta parzjali, perjodu wieħed jew żewġ perjodi ta' mhux anqas minn 60 minuta kull wieħed għandhom jiġu riżervati fl-abbozz tal-aġenda għal dibattiti dwar kwistjoni topika ta' interess kbir għall-politika tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kull grupp politiku għandu jkollu d-dritt li jipproponi l-kwistjoni topika tal-għażla tiegħu għal mill-anqas dibattitu wieħed ta' dan it-tip kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura, matul il-perjodu kontinwu ta' sena, tqassim ġust fost il-gruppi politiċi tal-eżerċizzju ta' dak id-dritt.

3.   Il-gruppi politiċi għandhom jittrażmettu l-kwistjoni topika tal-għażla tagħhom lill-President bil-miktub qabel jitfassal l-abbozz tal-aġenda finali mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Artikolu 39(1) li jirrigwarda d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tiegħu għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ.

4.   Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddetermina l-ħin li fih isir tali dibattitu. Hija tista' tiddeċiedi, b'maġġoranza li tirrappreżenta erbgħa minn kull ħames Membri, li tiċħad kwistjoni mressqa minn grupp.

5.   Id-dibattitu għandu jiġi introdott minn rappreżentant tal-grupp politiku li jkun ippropona l-kwistjoni topika. Il-ħin għad-diskorsi wara din l-introduzzjoni għandu jiġi allokat skont l-Artikolu 171(4) u (5).

6.   Id-dibattitu għandu jiġi xolt mingħajr ma tiġi adottata riżoluzzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali