Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 2 : ORDNI TAL-ĦIDMA TAL-PARLAMENT

Artikolu 163 : Proċedura urġenti

1.   Talba sabiex dibattitu dwar xi proposta ppreżentata lill-Parlament skont l-Artikolu 48(1) jitqies bħala urġenti tista' ssir lill-Parlament mill-President, minn xi kumitat, minn xi grupp politiku, minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandhom jingħataw r-raġunijiet għala qed issir.

2.   Malli l-President jirċievi talba għal dibattitu urġenti huwa għandu jħabbar dan fil-Parlament. Il-vot fuq it-talba għandu jittieħed fil-bidu tas-seduta li tiġi wara s-seduta li fiha tkun saret it-tħabbira, sakemm il-proposta li tikkonċerna t-talba tkun tqassmet bil-lingwi uffiċjali lill-Membri. Meta jkun hemm diversi talbiet għal dibattitu urġenti dwar l-istess suġġett, l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għal dibattitu urġenti għandhom japplikaw għat-talbiet kollha dwar dak l-istess suġġett.

3.   Qabel il-votazzjoni, jistgħu jinstemgħu biss min iressaq it-talba u kelliem wieħed kontra kif ukoll il-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jew it-tnejn. F'kull każ dawn ma jistgħux jitkellmu għal iżjed minn tliet minuti.

4.   Kwistjonijiet li għandhom ikunu trattati bi proċedura urġenti għandhom jingħataw prijorità fuq punti oħra tal-aġenda. Il-President għandu jistabbilixxi l-ħin tad-dibattitu u tal-votazzjoni.

5.   Proċedura urġenti tista' ssir mingħajr rapport jew, f'każi eċċezzjonali, abbażi ta' rapport orali mill-kumitat responsabbli.

Fejn tintuża proċedura urġenti u jsiru negozjati interistituzzjonali, l-Artikoli 70 u 71 ma għandhomx japplikaw. L-Artikolu 74 għandu japplika mutatis mutandis.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali