Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 166 : Aċċess għall-Kamra

1.   Ebda persuna ma tista' tidħol fil-Kamra ħlief Membri tal-Parlament, Membri tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, membri tal-persunal li jeħtieġu li jkunu hemmhekk fil-qadi ta' dmirijiethom, u kwalunkwe persuna mistiedna mill-President.

2.   Huma biss persuni li jkollhom tessera tad-dħul maħruġa kif imiss mill-President jew mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li jistgħu jitħallew jidħlu fil-gallariji.

3.   Membri tal-pubbliku li jitħallew jidħlu fil-gallariji għandhom jibqgħu bil-qiegħda u jżommu s-skiet. Kwalunkwe persuna li tesprimi approvazzjoni jew diżapprovazzjoni għandha tinħareġ minnufih mill-'uxxiera'.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali