Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 148kPDF 1205k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 167 : Lingwi

1.   Id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitħejjew bil-lingwi uffiċjali.

2.   Il-Membri kollha għandhom id-dritt li jitkellmu fil-Parlament bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom. Diskorsi mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali għandhom ikunu interpretati simultanjament fil-lingwi uffiċjali l-oħra u fi kwalunkwe lingwa oħra li l-Bureau jidhirlu li tkun meħtieġa.

3.   L-interpretazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-laqgħat tal-kumitat minn u għal-lingwi uffiċjali użati u rikjesti mill-membri u s-sostituti ta' dak il-kumitat jew delegazzjoni.

4.   F'laqgħat tal-kumitati u delegazzjonijiet li ma jsirux fil-postijiet normali tax-xogħol, l-interpretazzjoni għandha tigi pprovduta f'dawk il-lingwi tal-membri li jkunu kkonfermaw l-attendenza għal dawn il-laqgħat. Arranġamenti aktar flessibbli jistgħu jsiru f'kazi eċċezzjonali. Il-Bureau għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa.

5.   Wara li jitħabbar ir-riżultat ta' votazzjoni, il-President għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe talba dwar l-allegazzjoni ta' diskrepanzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2019Avviż legali